Il-Gozo Action Group Foundation issieħeb ma’ l -Università ta’ Seinäjoki tax-Xjenza Applikata (SeAMK) u l-Assoċjazzjoni għall-Iżvilupp ta’ Seinäjoki, Ilmajoki mill-Finlandja biex twettaq il-proġett Well-being from Nature għall-proġett li għandu jsir taħt M19.3 Preparazzjoni u Implimentazzjoni ta’ Attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali għal Malta (2014 – 2020).
Il-proġett se jkompli jżid l-isforzi nazzjonali u internazzjonali magħmul, kemm mill-entitajiet pubbliċi u privati biex jippromwovu lill-Għawdex bħala destinazzjoni rurali. It-tema ewlenija tal-proġett hija l-iskambju ta’ għarfien fil-qasam tal-foresti u l-benesseri kkawżat min-natura. Dan il-proġett ha jgħin biex jigu studjati modi ġodda kif jintużaw l-foresti u żoni naturali għall-benesseri u t-turiżmu, u biex jivverifika l-impatti fuq is-saħħa tal-azzjonijiet tal-benesseri u t-turiżmu. L-azzjonijiet transnazzjonali tal-proġett joffru possibbiltajiet biex jinstabu diversi mudelli ta’ negozju, mudelli ta’ netwerking (kif il-mikro-intraprendituri jistgħu jorganizzaw l-attivitajiet tagħhom parzjalment bħala grupp), kummerċ diġitali permezz ta’ laqgħat ta’ ħidma nazzjonali u transnazzjonali.
Il-proġett lokali se jkun ibbażat fuq tliet stadji:
• L-għarfien għall-iżvilupp tat-turiżmu bbażat fil-villaġġi
• L-iżvilupp tal-prodott u l-kanali tas-suq
• Komunikazzjoni u Bini ta’ Kapaċitajiet
L-għarfien għall-iżvilupp tat-turiżmu ibbażat fuq il-villaġġi se jkun ibbażat fuq l-gharfien lokali flimkien mal-kollaborazzjoni tas-sħab transnazzjonali dwar kif jisfruttaw l-assi naturali ta’ Għawdex. L-iżvilupp tal-prodott u l-kanali tal-kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-enfasi fuq l-assi f’kampanja promozzjonali. Il-komunikazzjoni u l-bini tal-kapaċitajiet se jkunu konferenza tal-proġett dwar kif inġabret l-informazzjoni u t-trasferiment tal-għarfien lill-imsieħba kemm lokali (inklużi atturi li ma jipparteċipawx) kif ukoll transnazzjonali fuq l-implimentazzjoni tal-proġett.
L-Awtorità Maltija ta’ Tmexxija – Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali għażlet l-applikazzjoni mressqa mill-Gozo Action Group Foundation taħt il-Miżura 19.3 tal-Programm ta’ Żvilupp Rurali għal Malta (2014-2020) – Preparazzjoni u Implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ Kooperazzjoni tal-Grupp ta’ Azzjoni Lokali. L-ispiża eliġibbli għall-azzjoni hija ta’ €123,830.60 (inkluża l-VAT). L-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha tikkontribwixxi sa €99,000 mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, f’konformità mal-baġit massimu allokat għal din il-miżura.
Aktar dettalji dwar dan il-proġett se jkunu disponibbli dalwaqt.