img

Sejħa għal Segretarju/a / Servizzi ta’ Kopertura tal-Assigurazzjoni

admin January 18, 2021 No Comments

Sejħa għal Segretarju/a – (Ref: VAC001-2021GAGF)

Il-Fondazzjoni qiegħda tirrekluta Segretarju/a fulltime, sabiex jassisti lill-maniġer u lill-kumitat. L-applikanti interessati jrid ikollhom minimu ta’ kwalifiki tal-Livell Ordinarju fil-Malti, Ingliż u l-Matematika, flimkien ma’ żewġ suġġetti oħra u ċ-ċertifikat tal-ECDL. Preferenza tingħata lil dawk l-applikanti li għandhom għarfien tal-programm LEADER jew programmi oħra tal-fondi tal-UE. It-Termini ta’ Referenza jistgħu jitnizzlu minn fuq https://leadergozo.eu/index.php/downloads/call-for-quotations-tenders/.

L-applikant għandu jissottometti ittra ta’ akkumpanjament, flimkien ma’ Curriculum Vitea (CV) dettaljat u l-kopji taċ-ċertifikati rilevanti għall-kariga ta’ Segretarju/a fuq l-email info@leadergozo.eu sa mhux aktar tard minn nofsinhar (12:00pm) tat-Tnejn 01 ta’ Frar, 2021.

Servizzi ta’ Kopertura tal-Assigurazzjoni (REF: RFQ001-2021GAGF)

It-Talba għall-Kwotazzjonijiet (RFQ) għas-Servizzi ta’ Kopertura tal-Assigurazzjoni tista’ titniżżel minn fuq https://leadergozo.eu/index.php/downloads/call-for-quotations-tenders/.

L-RFQ tiġi aġġudikata fuq il-bażi tal-orħos prezz, li jissodisfa l-kriterju amministrattiv u tekniku mitlub.

L-offerti għandhom jiġu sottomessi fuq l-email info@leadergozo.eu sa mhux aktar tard minn nofsinhar (12:00 pm) tat-Tnejn 8 ta’ Frar, 2021.

Sottomissjonijiet li jaslu tard ma jiġux aċċettati.