Il-Fondazzjoni Gozo Action Group Foundation (GAGF) qed tfittex Segretarju/a Amministrattiv full-time sabiex jiġi assistit il-maniġer fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija għal-Iżvilupp tal-Gozo Action Group Foundation taħt il-Programm LEADER 2014 – 2020.
L-applikanti interessati jrid ikollhom minimu ta’ kwalifiki tal-Livell Ordinarju fil-lingwi tal-Malti u l-Ingliż, żewġ Livelli Avvanzati fi kwalunkwe suġġett, u ċertifikat tal-EDCL. Tingħata preferenza lil dawk l-applikanti li għandhom kwalifika ta’ Baċellerat fil-Livell MQF 6, esperjenza ta’ xogħol rilevanti, u għarfien tal-programm LEADER jew programmi oħra ta’ fondi tal-UE.
It-Termini ta’ Referenza jistgħu jitnizzlu minn fuq il-website Call for Quotations/Tenders – Gozo Action Group Foundation (leadergozo.eu).
SEGRETARJU/A AMMINISTRATTIV – (REF: VAC001-SEC2022GAGF)
Ittra t’applikazzjoni flimkien ma’ Curriculum Vitae (CV) dettaljata u d-dokumenti ta’ sostenn, għall-pożizzjoni ta’ segretarju/a amministrattiv għandhom jintbagħtu fuq l-email info@leadergozo.eu sa mhux aktar tard mill-Ħamis, 17 ta’ Marzu 2022.
Applikazzjonijiet li jiġu sottomessi tard ma jiġux aċċettati.